Skip to content

Min jien?

Bħala antropologa jiena esperta fl-atteġjament tal-bniedem f’kulturi u soċjetaijiet moderni. It-taħriġ u l-ispeċċjaliżazzjoni tiegħi hija fl-ambjent mibni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-housing. Qiegħda nikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali li jmiss bħala kandidata f’isem il-Partit Laburista.


Matul is-snin ta’ tfuliti għext ġewwa San Ġwann t’Għuxa, Bormla. Attendejt l-iskola primarja tal-gvern ta’ Bormla u wara studjajt fil-kulleġġ ta’ Maria Reġina Junior Lyceum for Girls, Blata l-Bajda. Il-familja tiegħi eventwalment marret toqgħod San Ġwann meta jien kelli mdawar hmistax il-sena. Komplejt bl-istudji akademiċi tiegħi f’Ġan Franġisk Abela Sixth Form u wara mort l-Università ta’ Malta fejn tħarriġt fl-antropoloġija soċjali u kulturali.

Min jien?

Nisimgħu

Infasslu

Nirnexxu

Min jien?

 

Fl-2008, mort fir-Renju Unit fejn ksibt id-dottorat fl-Antropoloġija Soċjali mill-Open University u wara komplejt il-post-dottorat mal-Università ta’ Manchester. Hawn komplejt nitħarreġ fil-kunċett tad-dar u housing alternativ bħal ma huwa l-cohousing u housing cooperatives. Ħdimt ukoll bħala Lettur l-Università ta’ Kent qabel ma erġajt lura lejn Malta fl-2018.

F’dawn l-10 snin kelli l-opportunità li napplika x-xogħol akkademiku tiegħi fejn fl-Università ta’ Manchester ħdimt mill-qrib mal-Awtoritajiet Lokali u t-tielet settur bħal Porchlight li toffri servizzi liż-żgħażagħ homeless. Fl-2018 bdiet il-mixja tiegħi fid-dinja tal-politika fejn għall-ewwel darba ħdimt bħala Konsulent tad-Djar, l-Iżvilupp u l-Istrateġija fi ħdan il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita’ tad-Djar. Ħdimt ukoll fuq strateġja nazzjonali oħra fosthom dik tal-arti u l-kultura. Jien ukoll Visiting Lecturer fi ħdan il-Fakultà tal-Ambjent Mibni ġewwa l-Università ta ‘Malta.

Minbarra li jien passjonata dwar il-ġustizzja soċjali u l-benesseri tal-bniedem, inħobb ukoll nagħmel xogħol volontarju. Fir-Renju Unit volontarjat għal Opening Doors London li hija organizzazzjoni mhux governattiva li toffri s-servizzi tagħha lill-komunità LGBTIQ anzjana (50+). Il-gustizzja soċjali hija wkoll importanti għall-ambjent naturali u għandi passjoni għaliha wkoll. Infatti waqt li kont ngħix f’Kent jien volontarjat għar-Royal Society for the Protection of Birds (RSPB) Charity fejn ħdimt fil-ġestjoni tal-forestrija.

F’dawn l-aħħar tlett snin impenjat ruħi billi nagħmel xogħol volontarjat mal-knejjes parrokkjali tal-Isla u Bormla. Organizzajt ukoll diversi laqgħat komunitarji bħal Breakfast on the Bridge fil-Marsa, il-Ħamrun u l-Imsida.

Min jien?

“immersjoni fil-komunità”

Fir-rwol tiegħi bħala antropologa minbarra li ngħallem bħala lettur fl-Università ta’ Malta, infittex li nfassal spazji miftuħa li jkunu siguri flimkien mal-kollegi u professjonisti oħra. Kif l-ikel jista’ jkun fattur li joħloq djalogu u integrazzjoni, l-infrastruttura u l-akkomodazzjoni wkoll jistgħu joħolqu djalogu u għaqda. Il-filmat t’hawn fuq huwa silta meħuda mill-attivita ta’ Breakfast on a Bridge li saret fuq pont bejn il-Marsa u l-Ħamrun lejl l-aħħar tas-sena 2018. It-tnejn huma bliet u portijiet fil-periferija tal-Belt Valletta u esperjenzaw trasformazzjonijiet soċjali mgħaġġla. L-attività tal-ikel ħarġet mit-Tim ta’ Riċerka ta’ Valletta 2018 fejn saru mixjiet diversi ġewwa l-Ħamrun u l-Marsa sabiex nifhmu aħjar il-ġentrifikazzjoni u l-konvivjalità.

Bħala akkademika u riċerkatiċi nħoss li għandi l-obliggu etiku li ngħaddi t-tarif lil pubbliku sabiex noħloq kuxjenza sensittiva u morali lejn is-soċjetà Maltija u Għawdxija. Nemmen li l-bidla hija possibbli permezz ta’ passi żgħar. Meta nqis li l-professjoni tiegħi hija li nifhem l-imġieba kulturali permezz li nitkellem u nisma’ lin-nies inħoss li għandi l-obbligu u d-dmir li ngħaddi dan l-għarfien. Bħala akademika u figura pubblika, l-għan tiegħi huwa li niżviluppa u nimplimenta politika li hija bażata fuq iil-bżonnijiet u x-xewqat ta’ kulħadd.

Midja Soċjali

Twitter

 

Facebook

 

Linkedin

 

Instagram