Skip to content

POLITIKA ATTIVA: NISIMGĦU – INFASSLU – NIRNEXXU

 

Il-popolazzjoni umana biż-żmien qed timraħ u tiżdied, l-aktar fl-ibliet u żoni urbani. Il-fehim tal-ħajja urbana Maltija tista’ toffri kemm lill-istat, lis-settur privat, u lit-tielet settur, perspettiva unika dwar kif tippjana u timplimenta politika sensittiva, infurmata mir-riċerka, u kif tfassal infrastruttura inklussiva u politika nazzjonali li tfittex tikseb kif il-bniedem jiffjorixxi. ​

L-impenn tieghi huwa lejn viżjoni unika għal Malta u Għawdex. Din hi viżjoni għal sistema nazzjonali li tpoġġi n-nies fiċ-centru b’mod proattiv u bi tmexxija t’empatija fejn il-bżonnijiet, ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tagħhom ikunu fil-qalba ta’ kull politika fis-setturi tal-gvern. 

Fl-ispirtu ta’ solidarjetà, inklużjoni, u tagħlim reċiproku, flimkien nistgħu nrawwmu trasformazzjoni soċjali li tkun maħluqa u mwassla b’mod ekwu lill-poplu kollu. Għalhekk, impenjata li nfittex u noħloq djalogu ma’ kulħadd biex nirrappreżentaw il-vuċijiet u l-perspettivi diversi tas-soċjetà Maltija.

Il-qofol ta’ din it-tip ta’ politika hija l-politika tal-widna – li tisma’ b’reqqa lin-nies u tifhem il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Iżda jeħtieġ li ma niqfux hemm. L-importanti huwa kif dawn il-ħtiġijiet jiġu minsuġa u implimentati f’miżuri, riżultati u politiki ta’ suċċess. 

Il-Viżjoni tiegħi għal Malta u Għawdex 

Il-ġustizzja soċjali hija l-bażi ta’ soċjetà b’saħħitha, reżiljenti, u kuntenta. Fil-qalba tal-viżjoni tiegħi għal Malta u Għawdex, hemm dawn il-ħames prinċipji gwida li se jkunu parti mill-azzjonijiet tiegħi biex nippjana u niżvilluppa: 

 

  1. INFRASTRUTTURA ATTIVA U INKLUŻŻIVA LI TINTEGRA IŻDA MA TASSIMILAX
  • Sistema ta’ ppjanar regolata. L-infrastruttura lokali teħtieġ ippjanar sħiħ u standards ta’ bini li jpoġġu l-persuna u n-natura fiċ-ċentru. Iġifieri li jkollna infrastruttura li terġa’ tiġi minsuġa f’ekosistema indiġena. 
  • Sigurtà. Kull lokalità u viċinat għandhom jipprovdu spazji siguri u kumditajiet pubbliċi sabiex jappoġġaw lil kommunitajiet kollha. 
  • Żoni ħodor fl-ambjent mibni. Aktar spazji miftuħa u ħodor f’żoni urbani li jinbnew sabiex jipprovdu rikreazzjoni lill-komunitàjiet diversi tagħna.    
  • Diversifikazzjoni tas-settur tad-djar. Id-dar tirrikjedi studju demografiku fit-tul u sistema ta’ immappjar tal-GIS sabiex noħolqu osservatorju nazzjonali li jiġbor data fuq is-setturi soċjali, affordabbli, u privati biex ikollna stampa olistika.     
  • Investiment pubbliku f’akkommodazzjoni affordabli u soċjali. Jingħata servizz integrat ma’ investiment f’akkommodazzjoni affordabli u soċjali, bl-għan li nindirizzaw l-faqar u hidden homelessness. 

 

2. TRASFORMAZZJONI SOĊJALI U INKLUŻŻIVA B’IMPENN GĦAD-DJALOGU MA’ KULĦADD

 

  • Il-politika tal-ippjanar teħtieġ ristrutturar u aġġornament dwar dak li hija l-familja u kif periti, inġiniera u żviluppaturi għandhom jiddisinjaw u jibnu djar u distretti moderni.       
  • Infrastruttura Ekoloġika. Nippromwovu l-bżonn ta’ spazji pubbliċi aċċessibbli, sbieħ u miftuħa biex niżguraw il-benesseri ta’ kulħadd.
  • L-Ugwaljanza bejn il-ġeneri. Nippromwovu u nsaħħu l-protezzjoni u s-sigurtà soċjali biex nindirizzaw u nnaqqsu l-inugwaljanzi u l-l-inġustizzji.

 

3. TQASSIM ĠUST TAL-ĠID NAZZJONALI BBAŻAT FUQ EKONOMIJA TAL-BENESSERI

  • Reżiljenza biex tkun żgurata ekonomija kreattiva u sostenibbli. Is-soċjetà Maltija hija waħda reżiljenti. Dan l-aspett intraprenditorjali kreattiv għandu jiġi salvagwardjat biex niżguraw produttività aħjar permezz ta’ bilanċ sostenibbli bejn ix-xogħol u l-ħajja ta’ kuljum, u arranġamenti flessibbli fuq il-post tax-xogħol.
  • 2Saħħa mentali. L-appoġġ għas-saħħa ġenerali huwa kruċjali biex nibnu nazzjon reżiljenti. Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna, għalhekk huwa essenzjali li ninvestu aktar fis-sistemi tas-saħħa mentali, biex inżidu l-aċċess għal u l-proviżjoni tas-servizzi tas-saħħa mentali fiċ-ċentri tal-kura tas-saħħa fil-komunitajiet u fuq il-postijiet tax-xogħol.
  • L-arti u l-kultura bħala ġid nazzjonali u investiment pubbliku. Aktar investiment pubbliku fis-settur tal-arti u kulturali, speċjalment fi żmien fejn Malta qed tirristruttura l-istrateġija nazzjonali tal-arti tagħha, jipprovdi opportunitajiet ġodda biex ix-xena tipprofessjonalizza u tinfetaħ għal udjenza internazzjonali.
  • Investiment fl-industriji agrikoli u tas-sajd lokali. 

 

4. DINJITÀ U APPROĊĊ BBAŻAT FUQ ID-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM GĦALL-POLITIKA KOLLHA

  • Inpoġġu lin-nies fiċ-ċentru. L-istat qiegħed hemm biex iservi lis-soċjetà. Għalhekk id-dinjità, il-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-persuni kollha għandhom jibqgħu ċentrali għall-viżjoni nazzjonali tagħna.
  • Diġitalizzazzjoni. Permezz ta’ pjattaformi diġitali hemm l-opportunità li insaħħu l-aċċessibilità u nilħqu komunitajiet li inkella jkunu mamarġinalizzati.

 

  1. IMPENJI KONTINWI U SINIFIKANTI BIEX NEGĦLBU L-FRAMMENTAZZJONI 
  • Pjattaforma ċivika. It-twaqqif ta’ pjattaforma fejn is-soċjeta ċivili tkun tista’ tesprimi l-esperjenzi tagħha biex tinforma l-politiki tal-gvern.
  • It-tisħiħ bejn is-setturi. Viżjoni tirrikjedi t-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-setturi u għandha tpoġġi lin-nies tagħha fiċ-ċentru biex tikseb il-benessri nazzjonali. Dan huwa essenzjali biex tiffaċilita l-komunikazzjoni u tinkiseb fiduċja bejn il-gvern, is-setturi ikkonċernati u l-komunita.

 

  1. TMEXXIJA B’EMPATIJA U PROATTIVA
  • Tmexxija b’empatja u proattiva. Billi nisimgħu, nifhmu u nikkomunikaw, nistgħu niżviluppaw strutturi li huma trasparenti, ġusti u ugwali.
  • Politika bbażati fuq ir-riċerka. Tmexxija tirnexxi biss meta jkun hemm l-ħolqien u l-ħtiġijiet imfassla flimkien fejn jiġu minsuġa f’politika li sservi lil kulhadd.

Midja Soċjali

Twitter

 

Facebook

 

Linkedin

 

Instagram